L-attriċi Frida Cauchi ddeskriviet lil George Micallef bħala ikona fit-teatru Malti fejn ħadem diversi partijiet. Qalet li waħda li tibqa’ stampata f’moħħha hija f’parti serja bħala Patri Rafel fil-Madonna taċ-Ċoqqa bi produzzjoni ta’ Hermann Bonaci Production.
“Sallum għadni nikkomovi ruħi meta nerġa’ naraha. Forsi magħruf aktar għall-komiċità imma mhux b’inqas aċċella fil-ftit partijiet serji li ħadem,” kitbet Frida Cauchi.
Illum l-Erbgħa fis-2pm fil-knisja ta’ San Pawl fil-Belt Valletta se tingħata l-aħħar tislima lill-attur George Micallef li ħalliena fil-bidu ta’ din il-ġimgħa fl-età ta’ 76 sena.