Ikona fil-knisja Griega fil-Belt għar-restawr

Church facade

Se ssir preżentazzjoni dwar il-proġett ta’ konservazzjoni u restawr tal-Ikona tal-Immakkulata Kunċizzjoni ta’ Damasku, li tinsab fil-knisja Kattolika Griega fil-Belt Valletta. 
Il-preżentazzjoni se ssir nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Ġunju fis-6.30pm, fil-knisja ta’ San Nikola, fil-Belt Valletta. 
L-ikona se tiġi rrestawrata mit-tim ta’ Atelier del Restauro, immexxi mid-Dottoressa Maria Grazia Zenzani u Valentina Lupo. Il-proġett għandu jitlesta f’temp ta’ 9 xhur. 
L-Ikona tmur lura għas-seklu tnax, u nġiebet Malta minn Rodi fl-1530 mill-kavallieri u ilha ma tiġi rrestawrata iktar minn 50 sena.