Ikomplu x-xogħlijiet b’rabta mal-proġett tal-junction fil-Kappara

Transport Malta qed tavża li se kompli x-xogħol preparatorju għall-proġett tal-junction tal-Kappara.
Qed tavża li parti minn Triq Birkirkara f’San Ġwann se tkun magħluqa għat-traffiku minn nhar it-Tnejn 25 sal-Ġimgħa 29 ta’ Jannar.
It-traffiku li ġej minn Triq Tas-Sliema mill-Kappara lejn Triq in-Naxxar f’San Ġwann mhux se jiġi affetwat.
It-traffiku li ġej minn Triq in-Naxxar f’San Ġwann lejn Triq Tas-Sliema fil-Kappara se jgħaddi minn toroq alternattivi.
Dwar it-trasport pubbliku, Transport Malta qalet li r-rotta 120 minn San Ġiljan lejn l-isptar Mater Dei se tgħaddi minn Triq R. Caruana Dingli għal Triq Bellavista filwaqt li mhux se jkun provdut servizz fl-inħawi tal-parroċċa ta’ San Ġwann.
Ir-rotta lejn Pembroke Park & Ride mhix se tiġi affetwata.
Filwaqt li tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent, Transport Malta qed titlob lis-sewwieqa biex isuqu b’attenzjoni u jsegwu s-sinjali tat-traffiku.