Ikomplu t-taħdidiet dwar l-armi nukleari fl-Iran

Fl-Iran, it-taħdidiet dwar l-armi nukleari se jkomplu wara nhar it-Tlieta li ġej, il-jum meta suppost għandhom jieħdu deċiżjoni finali.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Iranjan Javad Zarif qed jipprepara biex imur Vjenna l-Awstrija fejn qed isiru t-taħdidiet.
Għadu mhux deċiż kemm se jingħata aċċess minn Tehran dwar moniteraġġ tal-armi nukleari.
Seba’ pajjiżi qed jieħdu sehem f’dawn il-laqgħat.