Ikomplu l-protesti għal pagi aħjar f’Bangladesh

Il-pulizija f’Bangladesh fetħet in-nar fuq numru ta’ ħaddiema li ħarġu jipprotestaw minħabba l-paga baxxa li għandhom. Il-ħaddiema li jaħdmu f’fabbriki tal-ħjata, qed jitolbu li jkun hemm żieda fil-paga minima nazzjonali.

Il-protesti issa daħlu fil-ħames jum tagħhom, f’żona qrib ħafna tal-kapitali Dhaka.

Il-paga medja ta’ ħaddiem f’Bangladesh hija ta’ €28 fix-xahar. Huma qed jitolbu li l-paga minima issa titla għal €74.