Aġġornata: Il-katavru hu ta’ Francis Cauchi

Mill-awtopsja li saret dalgħodu rriżulta li l-katavru li nstab ilbieraħ hu ta’ Francis Cauchi, li ilu diversi ġimgħat irrappurtat nieqes.
Il-katavru nstab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni taħt il-pont ta’ Wied iċ-Ċawsli, fi Triq Ħal Luqa f’Ħal Qormi.
Ma nstabu ebda sinjali ta’ vjolenza fuq il-katavru.
Cauchi li għandu 54 sena u hu residenti Bormla ilu nieqes mid-dar mill-11 ta’ Settembru li għadda.
L-aħħar darba li deher, Francis Cauchi kien liebes flokk aħmar u qalziet blu, l-istess kuluri li nstabu fuq il-katavru.
Cauchi ntlemaħ l-aħħar fl-akwati ta’ Raħal Ġdid.