Ikomplu jiżdiedu n-nies bil-ġuħ

L-għadd ta’ nies bil-ġuħ fid-dinja qed ikompli jikber. Dan wara numru ta’ snin li fihom dejjem kien qed jonqos.
Jose Graziano da Silva, id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti qal li miljuni ta’ nies qed ibatu mill-kunflitti u t-tibdil fil-klima.
Huwa ma tax figuri preċiżi u qal li l-istatistika uffiċjali se toħroġ f’Settembru.
Waqt li kienet qed jitkellem f’konferenza f’Ruma, Jose Graziano da Silva spjega li l-għadd ta’ nies li m’għandhomx għaxja ta’ lejla kienu naqsu b’21% bejn l-2014 u l-2016.
Żied jgħid li r-raġuni wara din ż-żieda fil-faqar ġiet wara li madwar 20 miljun ruħ qed ibatu l-ġuħ minħabba l-ġlied u t-tibdil fi kliema fin-Niġerja, fis-Somalja u fil-Jemen.
Qal li b’kollox 19-il pajjiż qed ibatu l-ġuħ minħabba l-vjolenza u t-tibdil fil-klima.
In-Nazzjonijiet Uniti għandha t-tir li sal-2030 ma jibqgħux aktar nies ibatu bil-ġuħ.