Il-ġirien ta’ Miriam Pace mhux lesti li joqogħdu f’darhom għax “moralment imkissrin”

Read in English.

Fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ erba’ persuni dwar il-binja li ġġarrfet u ħalliet lil Miriam Pace mejta, illum se jixhdu żewġ uffiċjali tal-pulizija u żewġ ġirien.

L-inċident traġiku ġara fit-2 ta’ Marzu fi Triq Joseph Abela Scolaro fil-Ħamrun. Miriam Pace, li kellha 54 sena, kienet ġo darha meta l-bini sfronda minħabba xogħol ta’ kostruzzjoni li kien għaddej maġenbu.

Il-Maġistrat Joe Mifsud qed jippresiedi l-każ, li fih qed jitressqu l-qorti l-perit tal-proġett ta’ 36 sena residenti r-Rabat, is-Site Technical Officer (perit) ta’ 72 sena residenti l-Gżira, il-kuntrattur ta’ 37 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u ħaddiem ta’ 42 sena residenti l-Imqabba.

Xi spikka fis-seduta tal-lum?

  • Ġar ta’ Miriam Pace semma kif hu u familtu jinsabu mkissrin moralment u ma jħossuhomx lesti li joqogħdu f’darhom
  • Martu, li kienet ħabiba ta’ Miriam, qed tikseb kura psikoloġika u tieħu l-pilloli
  • Il-perit tal-proġett kien qalilhom, “Ma tafux kemm tiswa trencher?”
  • Ir-residenti riedu li tintuża trencher minflok makkinarju b’musmar kbir biex jaqta’ l-blat
  • Mart ix-xhud innutat li l-makkinarju kien mexa dakinhar tal-inċident
  • Xehdu wkoll ġirien oħra li kellhom garaxx fi Triq Joseph Abela Scolaro u raġel li tgħaffġitlu l-karozza taħt it-terrapien, li qalu li għadhom ma ngħatawx kumpens
  • Xehdu wkoll żewġ uffiċjali tal-pulizija dwar dak li raw malli waslu fuq il-post
  • Se jsir aċċess fis-sit fejn iġġarraf il-bini fit-28 ta’ Lulju
12:04 Is-seduta tal-lum tintemm hawn. Grazzi talli segwejtu dan il-blogg. Nawgurawlkom il-ġurnata t-tajba.
Sephora Francalanza
12:03 Mart ix-xhud, Rosette Zerafa, qed tmur għand psikjatra u qed tieħu l-pilloli minħabba dak li ġara u kif affettwaha.
Sephora Francalanza
12:03 Bħalissa qed jgħixu f'appartament li ġew offruti l-Gżira. Jgħid li ma jafx min kien iħallsilhom il-kera. Issa jaħsbu li ġejja problema bil-kera.
Sephora Francalanza
12:02 Jgħid li martu mhix f'pożizzjoni li tgħix fid-dar, għax jgħixu f'biża' u psikoloġikament ma jħossuhomx lesti li jgħixu hemmhekk.
Sephora Francalanza
12:02 "Il-mara tiegħi moralment imkissra ħafna aktar minni, u t-tfal ukoll."
Sephora Francalanza
12:01 Ix-xhud jirrakkonta kif dam fis-sit fejn ġara l-inċident sa madwar l-10pm. Ma setgħux jidħlu f'darhom, u ma kinux jafu x'se jiġri. Beda jistenna biex jara x'ġara "mill-għażiża Miriam," jgħid imbikkem ix-xhud.
Sephora Francalanza
12:00 Martu bdiet iċċempel lil Miriam Pace. Bdiet tittama li ma kinitx id-dar u ħalliet il-mowbajl warajha.
Sephora Francalanza
11:59 Mill-bogħod jgħid li ra makkinarju kbir tal-kostruzzjoni. Il-mara qaltlu li kien hemm il-makkinarju u li mexa – kien fir-rokna fuq wara ta' Triq Abela Scolaro, u mbagħad mexa għan-nofs. Kien eqreb tal-propjetà tal-familja Pace.
Sephora Francalanza
11:56 David Zerafa jgħid li tkellem mal-ġirien u mal-pulizija fuq il-post. Fis-sit tal-kostruzzjoni ra daħna sewda.
Sephora Francalanza
11:55 Jgħid li martu bdiet tiddeskrivilu x'ġara, li ħasset terremot waqt li kienet fuq telefonata ma' bintha.
Sephora Francalanza
11:55 Huwa daħal fit-triq tiegħu u mar ifittex lil martu minnufih. Kienet imbikkma, iddisprata u mfixkla.
Sephora Francalanza
11:54 Fuq il-post kien hemm konfużjoni sħiħa, jgħid ix-xhud.
Sephora Francalanza
11:52 Jgħid li ħassu mriegħed sakemm wasal. "Malli rajt li rajt…" ix-xhud ixengel rasu. Jgħid li ra xena li ma jixtieqx jerġa' jaraha. Jistqarr li minħabba xogħlu, kellu jmur Gwardamanġa meta kien iġġarraf dak il-bini, imma "tara darek, l-emozzjoni tkun differenti."
Sephora Francalanza
11:52 Ċemplitlu l-mara "eċitata ħafna, tibki," tgħidlu biex imur id-dar "għax ma nafx x'ġara fid-dar ta' Miriam."
Sephora Francalanza
11:51 Dakinhar li ġġarraf il-bini, ix-xhud kien fuq xogħol f'Ħaż-Żabbar.
Sephora Francalanza
11:50 Ix-xhud mistoqsi meta ddiskutew is-sitwazzjoni Miriam Pace u martu Rosette Zerafa. Huma tkellmu fuqha xi ġimgħat qabel ma ġġarraf il-bini.
Sephora Francalanza
11:50 Preżenti fl-awla, jisimgħu b'attenzjoni, hawn l-armel tal-vittma u binha.
Sephora Francalanza
11:50 Iżid jgħid li l-perit qalilha li se jqattgħu biċċa f'nofs il-plott biex jaraw il-blat.
Sephora Francalanza
11:49 Dan id-diskors sar madwar xahar qabel l-inċident, jgħid ix-xhud.
Sephora Francalanza
11:47 Il-Perit Camilleri tkellem ma' mart ix-xhud. Il-perit qalilha, "Mela ma tafx kemm tiswa t-trencher?" Ir-residenti preferew li tintuża trencher minflok il-makkinarju b'musmar.
Sephora Francalanza
11:46 Jistqarr li hu ħadha "aktar for granted" minn martu u minn Miriam Pace, peress li dawn kienu mbeżżgħin ħafna. Kienu mħassbin fuq it-tqattigħ tal-blat, jekk isirx bit-trencher (magna) jew b'musmar kbir li tqatta' l-blat bih.
Sephora Francalanza
11:45 Beda jinkwieta li "Allaħares qatt jiġri xi inċident, bħalma fil-fatt ġara."
Sephora Francalanza
11:45 Mistoqsi jekk kinux tkellmu mal-ġirien, jgħid li darba minnhom Miriam Pace marret għandhom u bdew jitkellmu fuq is-sitwazzjoni. Jgħid li kienu mbeżżgħin u inkwetati.
Sephora Francalanza
11:44 Ix-xhud jgħid li apparti l-makkinarju mixgħul li jisimgħu fit-twieqi, kienu jisimgħu ħafna damdim.
Sephora Francalanza
11:43 David Zerafa jgħid li bejn wieħed u ieħor, ix-xogħlijiet bdew f'Jannar jew Frar ta' din is-sena.
Sephora Francalanza
11:43 Jgħid li darhom kienet dahar ma' dahar mal-familja Pace. Is-sit tal-kostruzzjoni jiġi fuq il-lemin tal-faċċata ta' darhom.
Sephora Francalanza
11:41 Jitla' jixhed issa David Zerafa, ir-raġel ta' Rosette Zerafa. Huma ġirien tal-familja Pace. Martu diġà xehdet.
Sephora Francalanza
11:40 Huwa qed iressaq prokura ta' missieru, is-sid tal-garaxx, peress li huwa ta' età kbira u ma jistax jitla' jixhed hu.
Sephora Francalanza
11:40 Il-garaxx tal-familja kien fi Triq Joseph Abela Scolaro wkoll.
Sephora Francalanza
11:39 Ix-xhud li jmiss huwa John Sammut, li diġà xehed.
Sephora Francalanza
11:38 L-Avukat Joe Giglio jistaqsi jekk kienx kellimhom xi ħadd qabel beda l-bini. Tgħid li darba qabel kien hemm ħoss kbir. Żewġha mar fuq il-bejt u flimkien ma' Miriam Pace u ġirien oħra, iltaqgħu mal-kuntrattur.
Sephora Francalanza
11:38 Sal-lum għadhom ma rċivew l-ebda kumpens.
Sephora Francalanza
11:37 Fl-istess triq kellhom garaxx tal-familja li jużawh l-aktar huma.
Sephora Francalanza
11:36 Wara li sar dan ir-rapport, kien hemm aktar ħsara fil-kamra tal-banju u fuq il-bejt. Tgħid li l-madum donnu ħareġ 'il barra. Issa qegħdin jistennew rapport ieħor mingħand il-perit tagħhom.
Sephora Francalanza
11:35 Preżentat fil-qorti r-rapport imħejji mill-Perit Daniel Portelli tal-binja tax-xhud.
Sephora Francalanza
11:35 Akkumpanjahom perit sabiex jistma l-ħsara.
Sephora Francalanza
11:35 Marret id-dar tagħha "wara xi jumejn" sabiex jieħdu xi affarijiet tagħhom.
Sephora Francalanza
11:34 Ix-xhud tgħid li ma kinitx id-dar dakinhar li ġara l-inċident. Ċemplilha r-raġel jgħidilha li ġġarraf il-bini ta' Miriam Pace, u li hemm paniku sħiħ.
Sephora Francalanza
11:34 L-armel ta' Miriam Pace jidher ikellem lill-Avukat Joe Giglio.
Sephora Francalanza
11:33 Mid-19 ta' Marzu 'l hawn qed toqgħod San Ġwann.
Sephora Francalanza
11:32 Ix-xhud li jmiss hija Grace Sammut, ġara tal-familja Pace.
Sephora Francalanza
11:32 Il-karozza swiet €12,123 bil-VAT inkluż. Jgħid li ma ngħatax rifużjoni tal-flus li tilef meta l-karozza tfarrket. Jagħti d-dettalji tal-assigurazzjoni tal-karozza.
Sephora Francalanza
11:29 L-Avukat Joe Giglio jistaqsi lil Farrugia Wismayer dwar il-karozza. Ix-xhud huwa sid il-kumpanija li xtrat il-karozza. Kienet għand ir-raġel jismu Ċali peress li kienu se jerġgħu jbigħuha. Jispjega li pruvaw jibdew inizjattiva biex iħeġġu l-użu tal-karozzi elettriċi.
Sephora Francalanza
11:28 Huwa jgħid li rċieva ritratt tal-karozza mfarrka.
Sephora Francalanza
11:27 Ix-xhud li jmiss huwa Karl Farrugia Wismayer, li kellu karozza elettrika pparkjata fil-garaxx ta' ċertu Ċali, li ġiet "total loss" meta ġġarraf il-bini.
Sephora Francalanza
11:26 Mhux se jsir kontro-eżami tax-xhud.
Sephora Francalanza
11:26 In-nies li joqogħdu biswit is-sit ġew evakwati.
Sephora Francalanza
11:26 Malli waslu, innota t-trakk bil-bieba miftuħa. Is-Surġent tahom struzzjonijiet joħorġu mis-sit tal-kostruzzjoni peress li xi ġebel kien għadu mċaqlaq.
Sephora Francalanza
11:25 L-uffiċjal ukoll jgħid li rċivew telefonata dwar il-binja li ġġarrfet fit-2 ta' Marzu.
Sephora Francalanza
11:24 Imiss jixhed uffiċjal tal-pulizija ieħor, Christian Gauci, stazzjonat fl-għassa tal-Marsa.
Sephora Francalanza
11:24 Mhux se jkun hemm kontro-eżami tal-uffiċjal Mercieca.
Sephora Francalanza
11:24 Il-Perit Mangion ittieħed l-għassa aktar tard, wara l-bennejja.
Sephora Francalanza
11:23 Ma jiftakarx l-għamla taż-żewġ inġenji l-oħra. Jiftakar li kienu sofor, wieħed minnhom kellu musmar.
Sephora Francalanza
11:23 Ix-xhud huwa mistoqsi dwar il-pożizzjoni tat-trakk.
Sephora Francalanza
11:22 Jgħid li lil żewġ ħaddiema u lill-perit ħaduhom l-għassa. Ludwig Dimech stqarr miegħu li ma jistax jifhem kif vettura tal-kostruzzjoni minnhom kienet fuq naħa partikolari.
Sephora Francalanza
11:21 L-uffiċjal innota diversi karozzi mgħaffġin taħt it-terrapien.
Sephora Francalanza
11:20 Huwa jgħid li fit-2 ta' Marzu rċivew telefonata li waqgħet binja. Marru fuq il-post fejn sabu "paniku sħiħ." Innota tliet vetturi tal-kostruzzjoni, waħda minnhom trakk tal-ġebel startjat bil-bieba miftuħa – il-ħaddiem kien hemmhekk, wieħed mill-erba' imputati.
Sephora Francalanza
11:20 Jixhed uffiċjal tal-pulizija Christian Mercieca stazzjonat fl-għassa tal-Ħamrun.
Sephora Francalanza
11:19 Il-Maġistrat jgħid li hu fl-interess tal-vittma u familtha, u anke tan-nazzjon li każijiet bħal dawn ma jtulux 12-il sena.
Sephora Francalanza
11:17 Il-Qorti se jkollha aċċess fuq is-sit fit-28 ta' Lulju fit-8am. L-għada hemm seduta oħra fil-kumpilazzjoni.
Sephora Francalanza
11:16 L-Avukat Ġenerali joġġezzjona għal rikors ieħor imressaq. Dan kien tressaq minn Dr Montalto f'isem il-klijent tiegħu Ludwig Dimech. It-talba kienet sabiex jiġi appuntat espert sabiex jevalwa s-sit. Il-Maġistrat qal fl-aħħar seduta li jekk dan isir, irid ikun hemm pulizija preżenti fuq il-post ukoll.
Sephora Francalanza
11:14 Il-Maġistrat Mifsud jiddiskuti wieħed mir-rikorsi msemmija. Huwa jgħid li s-sit fejn ġara l-inċident m'għandux jintmess.
Sephora Francalanza
11:14 Bonġu, nilqgħukom minn awla 9 fil-qorti għal dan il-blogg live.
Sephora Francalanza

Xi spikka fl-aħħar seduta?

  • Miriam Pace qabditha anzjetà meta nbiegħ il-ġnien li jmiss mad-dar tagħhom
  • Tabib taha l-mediċina għall-anzjetà; kellha appuntament ma’ psikologa għal tmiem Marzu
  • Wieħed mill-akkużati jressaq talba li s-sit jiġi evalwat minn espert

Il-Prosekuzzjoni hi magħmula mill-Ispetturi Robert Vella u Matthew Galea. L-Avukati Arthur Azzopardi u Alfred Abela qed jidhru għall-periti, filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri qed jidhru għall-bennej. L-Avukati Michael Sciriha, Roberto Montalto, Lucio Sciriha u Franco Galea qed jidhru għall-kuntrattur.

Il-familja Pace hija rappreżentata fil-qorti mill-Avukati Joe Giglio u David Bonello. L-Avukat Stefano Filletti qed jirrappreżenta lill-ġirien.