Filmat: Ikomplu jisirqu l-qlub

Yazmin & James illejla taw wirja oħra mill-aqwa waqt ir-raba’ live show ta’ X Factor Malta. Huma kienu akkumpanjati f’din il-parti mill-Big Band Brothers.

“It-temperatura telgħet,” ikkummentat Ira Losco b’riferenza għall-wirja li huma kienu għadhom kif taw filwaqt li Howard innotta li dawn it-tnejn ukoll kienu fl-element tagħhom waqt li l-lejla kienu fuq il-palk ta’ X Factor Malta.

Ray Mercieca kkummentalhom li l-kanzunetta Fever li nterpretaw żgur kienet tinżel tajjeb ukoll ma’ Frank Sinatra.

Jekk tridu tivvutaw lil Yazmin & James ibgħat SMS fuq 50614404.