Ikomplu jintbagħtu lura immigranti li jaslu l-Ewropa

Illum mistennija jintbagħtu lura t-tieni sett ta’ immigranti li waslu l-Greċja mit-Turkija, bħala parti mill-ftehim li ntlaħaq biex jitnaqqas l-ammont ta’ immigranti li qed jaslu fl-Ewropa.
Numru ta’ karozzi tal-linja ħadu lill-immigranti fil-portijiet tal-ġżejjer tal-Greċja, fejn id-dgħajjes qed jippreparaw biex itellgħuhom.
Hu mifhum li l-immigranti huma Sirjani li waslu riċentament.
L-ewwel grupp ta’ madwar 200 immigrant, il-maġġoranza tagħhom Pakistani, waslu nhar it-Tnejn, iżda l-proċess kellu jieqaf.
Permezz ta’ ftehim ġdid li ntlaħaq bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija, immigranti li jaslu illegalment fil-Greċja wara l-20 ta’ Marzu huma mistennija jintbagħtu lura t-Turkija jekk dawn ma japplikawx għal asil jew inkella jekk it-talba tagħhom tkun miċħuda.