Aġġornata: Ikomplu jaslu aktar Maltin mil-Libja

Aktar kmieni dalgħodu l-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella ħabbar li grupp ta’ 23 persuna Maltija se jkunu qed jaslu Malta permezz ta’ katamaran mil-Libja.
Il-Ministru qal dan waqt li kien qed jitkellem fuq programm fuq l-istazzjoni tal-Partit Laburista. 
Hu mifhum li l-vjaġġ qed ikun ikkordinat mill-Gvern Malti.
 

Intant fi stqarrija, il-Gvern qal li l-katamaran għandu jasal Malta wara s-7pm. Il-Ministeru rringrazzja lill-kumpanija Virtu Ferries li offriet dawn il-postijiet fuq il-katamaran bla ħlas.Sadanittant kuntatti kontinwi għaddejjin ma’ pajjiżi bħall-Italja, il-Filippini u pajjiżi oħra biex noffru possibilità li Maltin li qegħdin Bengażi wkoll jinstab mezz kif jinġiebu lura Malta.