Ikompli t-taqlib politiku fit-Tuneżija…

Il-partit li bħalissa għandu t-tmexxija tat-Tuneżija f’idejħ ċaħad li qed jaħdem biex iwaqqa l-Gvern u jifforma kabinett ta’ persuni teknokratiċi.

Dan wara li l-bieraħ ġie assassinat il-kap tal-opposizzjoni Chokri Belaid.

Il-viċi president tal-partit Ennahda ċaħad allegazzjoniet tal-opposizzjoni li l-partit huwa responabbli għall-assassinju.

L-inċident qanqal prostesti kbar u vjolenti.