Ikompli l-maltemp fir-Renju Unit

Madwar erba’ mitt dar f’ Wales baqgħu mingħajr il-provista tal-elettriku, minkejja li l-maltemp bil-borra qed jonqos. Dan minbarra li madwar sitt elef dar sofrew qtugħ tad-dawl f’ħinijiet prominenti.

Uffiċċjali sostnew li l-inġiniera kienu mfixkla waqt xogħolhom minħabba li t-toroq kienu imblukkati minn siġar li waqgħu fl-inħawi. Kien rappurtat li jekk xi individwi jibqgħu mingħajr dawl sal-Ħadd filgħaxija, se jiġu offruti lukanda. Kelliem Skoċċiż żied jgħid li l-inġiniera għaddejjin b’ ħidma kontinwa biex tittranġa s-sitwazzjoni.

Kien rappurtat ukoll li dawk in-nies li jinsabu f’sitwazzjoni t’emerġenza jaf ikollhom jistennew ħin itwal għall-għajnuna. Dan hekk kif is-servizzi ta’ emerġenza qed jesperjenzaw diffikultajiet sabiex jintlaħqu ċerti oqsma. Huma saħansitra ħeġġew lin-nies sabiex jiċċekkjaw lill-ġirien tagħhom u dawk vulnerabbli.

L-Uffiċċju Meteroloġiku fl-Ingilterra rrapporta li issa qed jistenna temp isbaħ u bla xita f’Wales, filwaqt li l-kesħa u l-irjieħ qawwija se jibqgħu.