L-akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia jitpoġġa taħt kap ta’ akkuża

Read in English.

John Paul Charles Woods illum tpoġġa taħt kap ta’ akkuża mill-Qorti ta’ Malta hekk kif jinsab akkużat bil-qtil u li ħeba l-katavru ta’ Charlene Farrugia. Il-fdalijiet tagħha nstabu f’Lulju li għadda, 11-il sena wara li għebet.

Fis-seduta llum instabu biżżejjed provi biex il-każ ikompli għaddej. Fis-seduta tal-lum ġew ippreżentati ritratti tal-karozza tiegħu dieħla u ħierġa moll-Belt Valletta. Il-Pulizija kkonfermaw li ħadu l-istqarrija tal-akkużat fl-isptar wara li kien għamel operazzjoni u kkonfermaw ukoll li l-akkużat ċaħad l-assisstenza legali.

Ir-raġel tressaq il-Qorti fit-3 ta’ Lulju fejn minn hemmhekk bdiet tinstema l-kumpilazzjoni tax-xhieda. Huwa mixli wkoll li żammha kontra r-rieda tagħha, weġġagħha, u li ġarr arma taqta’ u bil-ponta mingħajr liċenzja.

Segwi minuta b’minuta dak li ngħad fil-Qorti:

12:43 Grazzi talli segwejtu l-blogg ta' Newsbook.com.mt.
Beppe Galea
12:42 Is-seduta tal-Qorti għal-lum tintemm hawn.

Is-seduta li jmiss se tkun fil-25 ta' Awwissu fil-11am.
Beppe Galea
12:39 Il-Maġistrat Farrugia tiddikjara li hemm biżżejjed provi prima facie kontra John Woods.
Beppe Galea
12:38 Tintemm ix-xhieda ta' Stephen Cachia.
Beppe Galea
12:37 Cachia jikkonferma li l-Awtorità li huwa jifforma parti minnha għaddiet id-dettalji tal-karozza.
Beppe Galea
12:35 Stephen Cachia minn Transport Malta jitla' jixhed.
Beppe Galea
12:34 Huwa ġie ppreżentat b'ritratti tal-karozza ħierġa u dieħla l-Belt Valletta. Ix-xhud jikkonferma li dawk huma ritratti tal-karozza li l-kumpanija tiegħu ġiet mitluba tgħaddi l-informazzjoni dwarha.
Beppe Galea
12:30 Ryan Joseph Gatt, id-Direttur Maniġerjali ta' CVA Technology, jitla' jixhed.
Beppe Galea
12:28 L-Avukat Bonello tistaqsi lix-xhud jekk kienx jaf li l-akkużat kien għadu kif għamel operazzjoni meta ta l-istqarrija tiegħu.
Beppe Galea
12:27 L-Uffiċjal jikkonferma li Woods ċaħad l-assistenza legali.
Beppe Galea
12:26 L-Uffiċjal jgħid li l-Ispettur Ransley kien qalu biex jieħu filmat tal-istqarrija li Woods kien lest jagħmel dwar il-qtil. Dak il-ħin, l-akkużat kien rikoverat l-isptar wara operazzjoni li kien għamel.
Beppe Galea
12:25 Uffiċjal ieħor tal-Pulizija, PC Grech jitla' jixhed.
Beppe Galea
12:24 Huwa jwieġeb billi jgħid li le u kien jidher fi stat ta' saħħa tajba.
Beppe Galea
12:23 L-Avukat difensur tistaqsi lix-xhud jekk il-Pulizija rċivewx ċertifikat mediku meta Woods kien qed jagħti l-istqarrija tiegħu lill-Pulizija.
Beppe Galea
12:22 Il-Qorti tistaqsi lix-xhud biex jidentifika lill-akkuċat. L-Uffiċjal li qed jixhed jgħid li l-akkużat jinsab fl-Awla.
Beppe Galea
12:20 Jitla' jixhed uffiċjal tal-Pulizija.
Beppe Galea
12:19 Tidħol il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia.
Beppe Galea
12:19 Il-Prosekuzzjoni hija mmexxija mill-Ispettur James Grech.
Fl-Awla bħalissa hemm erba' uffiċjali tal-Pulizija.
Beppe Galea
12:17 John Woods jidħol fl-Awla. Huwa jinsab akkumpanjat mill-Avukat difensur Roberta Bonello.
Beppe Galea
12:16 Newsbook.com.mt jinsab f'Awla Numru 3 minn fejn se jaġġornakom b'dak li jkun qed jingħad.
Beppe Galea
12:15 Tibda s-seduta fil-Qorti fejn se tkompli tinstema' x-xhieda dwar il-każ tal-qtil ta' Charlene Farrugia.
Beppe Galea