​Ikompli l-Kampjonat ASMK Trials

Nhar il-Ħadd li ġej l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) se tkompli bl-attivitajiet tagħha din id-darba bis-sezzjoni Moto Trials.
Din l-attività se ssir fil-barriera tax-Xagħra tal-Magħlaq fil-limiti tal-Qrendi u tibda fid-disgħa ta’ filgħodu.
Fil-klassifika tal-kampjonat fis-sezzjoni Trials naraw li fil-Klassi A insibu lill Damon Bonello fuq Gas Gas fuq quddiem b’40 punt, segwit minn Robert Caruana fuq Gas Gas bi 32 punt u Rowen Bonello fuq Beta bi 28 punt.
Fi Klassi B insibu fuq quddiem lill Joseph Scicluna fuq Gas Gas b’40 punt segwit minn Bernard Sammut fuq Beta u Manuel Camilleri fuq Gas Gas indaqs b’32 punt kull wieħed. Fir-raba’ post insibu lill Daniel Caruana fuq Gas Gas b’26 punt.
Nhar il-Ħadd li għadda, fil-kumpless Sportiv f’Ta’ Qali ġie organizzat is-sitt programm mill-Kampjonat Autocross 2014/15.
F’din il-ġurnata rreġistraw 28 karozza maqsuma f’żewġ klassijiet Autocross Modified u Autocross Standard.
Matul il-finali Klassi A rajna spettaklu ta’ sewqan veloċi iżda mill-isbaħ.
Vella rreġistra r-raba’ rebħa tiegħu f’dan l-istagun segwit minn Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Matthew Borg fuq Vauxhall Nova u Christian Apap fuq Ford Fiesta.
Fil-finali ta’ klassi B, Jason Martin fuq Volkswagen Polo ġie fl-ewwel post segwit minn Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa, Lucas Pace fuq Honda Civic u Philip Grima fuq Ford Escort u Darren Magro fuq Ford Fiesta.
Fil-Finali Autocross Standard Deane Farrugia fuq Citroen AX ħareġ rebbieħ segwit minn John Agius fuq Peugeot 206, Salvu Micallef fuq Volkswagen Polo u Joseph Vella fuq Ford Fiesta.
Din il-klassi Standard Class qed tkun attrazzjoni kbira għal sewwieqa ġodda f’dan l-isport.