Ikompli l-interess ta’ Manchester United f’Perisic

Manchester United, immexxija mill-kowċ Jose Mourinho, għadhom ma qatgħux qalbhom li jiksbu s-servizzi tal-attakkant Kroat ta’ Inter Ivan Perisic.
Il-klabb minn Old Trafford diġà kellhu żewġ offerti miċħuda mill-Interisti iżda d-diriġenti tar-Red Devils lesti għat-tielet offerta li tista’ tkun waħda ferm prestiġjuża. Perisic ilu sentejn ma’ Inter fejn skorja 18-il gowl f’70 partita li lagħab bil-flokk tan-Neroazzurri.