Ikompli jiżdied l-iskart organiku miġbur – Herrera

Il-Ministru tal-Ambjent Jose`Herrera qal li l-iskart organiku li kien miġbur illum it-Tnejn ileħħaq 160 tunnellata, żieda fuq 100 tunnellata li nġabru fl-ewwel ġurnata.

Il-Ministru qal li ma kinetx l-intenzjoni tal-Gvern li jiġġenera 170,000 tunnellata ta’ kompost mill-iskart organiku kif qal id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.

Huwa qal li l-pjanijiet tal-Gvern hu li jiġġenera biss nofs dawn l-ammonti waqt li n-nofs l-ieħor jużah biex jinħaraq fl-inċeneratur u jiġġenera l-enerġija.

Dwar l-emissjonijiet, huwa qal li din hi sitwazzjoni li wiret minn Gvern Nazzjonalista li nnegozja livelli ambizzjużi ħafna fl-2009.