Ikompli jinstema’ l-każ tal-infermiera akkużati bi qtil involontarju

Illum kompla jistema’ l-każ kontra żewġ infermiera u nursing aid li qed ikunu akkużati bil-qtil involontarju ta’ John Darmanin li kien miet wara li xeraq f’biċċa laħam ta’ tiġieġa.
Darmanin ma setax jiekol ħlief affarijiet likwidi iżda jidher li ngħata jiekol biċċa tiġieġa li mir-riżultat tal-awtopsja rriżulta li kien xeraq fiha.  

Fil-Qorti llum xehdu diversi persuni fosthom Roberta Chetcuti Galea li kkonfermat li kienet irrakomandat li l-pazjent kellu jieħu biss ikel artab u likwidu.

Qalet li l-pazjent kien ibati minn kundizzjoni li kienet tagħmilha diffiċli għalih biex jibla’ l-ikel u kien jixraq malajr anke bl-ikel likwidu. 

L-akkużati qed iwieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.