Il-każ ta’ Fenech dwar Arnaud mistenni jinqata’ f’Settembru

Read in English.

Illum se jkompli jinstema’ l-Każ Kostituzzjonali li fetaħ Yorgen Fenech kontra l-Ispettur Keith Arnaud.

12:02 Is-seduta qasira tal-lum tintemm hawn. Grazzi talli segwejtuna
Christoph Schwaiger
12:01 Is-sentenza mistennija tinqata' fit-23 ta' Settembru fid-9am.
Christoph Schwaiger
12:01 Arnaud se jingħata sat-tieni ġimgħa ta' Lulju biex imbagħad jirrispondi
Christoph Schwaiger
11:57 Id-difiża se tagħmel sottomissjonijiet tagħha xahrejn oħra
Christoph Schwaiger
11:53 L-avukati ta' Arnaud jiddikjaraw li m'għandhomx aktar provi xi jressqu
Christoph Schwaiger
11:51 Id-Direttur tal-Ħabs ipoġġi fuq wara. Id-DIrettur liebes ilbies protettiv u ingwanti
Christoph Schwaiger
11:49 Jidħol Yorgen Fenech flimkien ma tliet uffiċċjali tas-sigurtà u d-Direttur tal-Ħabs
Christoph Schwaiger
11:47 Jasal Keith Arnaud
Christoph Schwaiger
11:41 L-Imħallef Lawrence Mintoff bħalissa qed jippresjedi fuq xi kawżi oħra. L-avukati ta' Yorgen Fenech waslu
Christoph Schwaiger
11:35 L-għodwa t-tajba. Newsbook.com.mt jinsab fil-Qorti fejn dalwaqt mistenni jkompli jinstema' l-każ li fetaħ Yorgen Fenech biex Keith Arnaud ma jibqax jinvestiga l-każ tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia
Christoph Schwaiger