Ikompli jinstema’ il-każ tal-paraolimpiku Oscar Pistorius

Illum mistenni jkompli jinstema’ il-każ tal-paraolimpiku Oscar Pistorius. Il-prosekuturi mill-Afrika t’Isfel mistennija jagħtu iktar dettalji fuq dan il-qtil, b’mod partikolari fuq il-fatt li qabel ma’ ġew sparati xi tiri, il-ġirien semgħu lill-koppja jargumentaw.

Waqt smiegħ fil-qorti li sar il-bieraħ, Pistorius qal li hu spara lit-tfajla tiegħu għax ħaseb li kienet ħalliel li daħal f’darhom. Minkejja dan, il-Paraolimpiku qed jiġi akkużat bi qtil premeditat.