Ikompli jinfirex il-varjant ġdid tal-Covid-19

Read in English.

Il-varjant ġdid tal-Covid-19 li ġie identifikat fir-Renju Unit qed ikompli jinfirex fl-Ewropa.

Il-varjant ġie rrappurtat fi Franza, fid-Danimarka, fl-Olanda u fl-Italja. Illum l-Italja rrappurtat 9 każi ġodda: 6 f’Napli u 3 oħra fir-reġjun ta’ Veneto.

Jidher li l-varjant il-ġdid jinfirex aktar faċilment minn varjanti preċedenti, però s’issa m’hemmx indikazzjoni li hu aktar perikoluż għal min jiġi infettat.