Ikompli jinfirex il-ġlied fil-kapitali Eġizzjana

Għat-tielet jum koneskuttiv fl-Eġittu kompla jinfirex il-ġlied fil-belt kapitali, il-Kajr. Bosta żgħażagħ dehru fit-toroq iwaddbu fliexken u ġebel lejn membri tal-pulizija. Minn tal-inqas sa issa kien hemm madwr 50 persuna feruta.

Il-vjolenza li qed issir bejn il-pulizija u d-dimonstranti fi pjazza Tahrir, seħħet wara l-funeral tar-raġel li kien qed jipprotesta u miet waqt ġlieda f’ Jannar li għadda.