Ikompli jiħrax il-maltemp madwar l-Ewropa

Borra li niżlet fil-Majjistral tal-Ewropa, fosthom fit-tramuntana ta’ Franza u l-Belġju wasslet għal konfużjoni fit-toroq kif ukoll fit-trasport. Fl-ajruporti tħassru mijiet ta’ titjiriet, u kellhom isiru tibdiliet fis-servizzi tal-ferrovija. Kienu rappurtati numru ta’ inċidenti sejri riżultat tal-maltemp.

Il-pajjiżi qed isibuha diffiċli biex jerġgħu lura għan-normal. Residenti f’Jersey l-Ingilterra kellhom iħabtu wiċċhom ma’ riħ b’forza ta’ 100 km/siegħa. Fiċ-ċentru tal-Ġermanja, niżlet ħafna borra, u fit-tramuntana ta’ Frankfurt kellha tingħalaq triq prinċipali wara li 100 karozza kienu involuti f’inċident.