Ikompli jiġri d-demm mal-medda ta’ Gaza

Hekk kif il-ġlied imdemmi fil-medda ta’ Gaza daħal fil-ħames jum, mal-127 persuna nqatlu fosthom tlett’ itfal waqt attakki bil-missili minn Iżrael fuq il-Palestina. Waqt li l-Eġittu u l-Qatar ppreżentaw abbozz ta’ waqfien mill-ġlied, il-Ħamas qiegħed jirreżisti l-waqfien waqt li l-Iżrael mistenni jevalwa l-qari tal-abbozz.
Minn naħa tal-Ħamas, dawn qed jheddu li se jattakkaw titjiriet fuq l-ajruport ta’ Tel Aviv. Il-Prim Ministru Iżrael Benjamin Netanyahu qal l-Iżrael se jirreżisti kull pressjoni minn pajjiżi barranin għall-waqfien mill-ġlied. Huwa qal li qabel iġib il-kalma fuq diversi bliet Iżraeljani mhux se jwaqqqaf l-offensiva.