Ikollu jħallas €13,000 għax rema sigaretti mit-tieqa

F'Singapore, raġel se jkollu jħallas €13,000 wara li rema filtri tas-sigaretti mit-tieqa tal-appartament tiegħu. 
B'kollox kiser il-liġi 33 darba u l-multa hi ta' €500 għal kull sigarett. 
Ir-raġel, li għandu 38 sena, inqabad jarmi l-fdalijiet tas-sigaretti mill-kamereas tas-sigurtà. 
Minbarra din il-multa se jkollu jnaddaf żona pubblika għall-ħames sigħat b'tabella ma' dahru.