Ikollha tibqa’ tistenna minkejja li nstabilha donatur tal-mudullun

Ritratt: Facebook/PuttinuCares

Henna Cachia, tfajla ta’ 17-il sena, ilha minn Novembru tittama’ li jinstabilha donatur tal-mudullun ingħatat l-aħbar li fl-aħħar dan seħħ iżda bi sfortuna se jkollha tistenna sabiex tkun tista’ tiġi operata biex tibda’ tgħix ħajja normali.

Minflok, minħabba fil-coronavirus, se jkollha tibqa’ fl-isptar Mater Dei flimkien ma’ ommha Sharon.

F’dan il-mument, Puttinu Cares li ħabbru l-istorja ta’ din it-tfajla Maltija appellaw biex f’dan il-mument niftakru fil-morda ġewwa l-isptarijiet, l-anzjani u kull komunità li qed isservi lil min hu fil-bżonn.

Puttinu Cares irringrazzjaw u saħqu li huma kburin li pajjiżna huwa magħqud f’din il-battalja kontra il-coronavirus.