Ikla tal-Milied għal dawk li jħossuhom waħedhom

Il-Caritas qed jorganizzaw l-ikla annwali tal-Milied għal dawk li jħossuhom waħedhom.

Din l-ikla, li ssir ta’ kull sena, se tkun fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana, f’Jum il-Milied.

Għall-ħames edizzjoni ta’ din l-ikla se jkunu preżenti wkoll l-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi.

Is-sena l-oħra, aktar minn 550 persuna attendew għall-ikla tal-Caritas. Fost dawn kien hemm għadd ta’ tfal flimkien mal-carers u l-ġenituri tagħhom.