Ikla ħabs wara komplott dwar traffikar tal-kokaina

Raġel ingħata sentenza ta’ 10 snin ħabs u multa ta’ €25,000 wara li nstab ħati li disa’ snin ilu kien involut flimkien ma’ persuni oħra fi traffikar tad-droga kokaina.
Fil-Qorti Kriminali nstema’ li fi Frar 2008, żewġt irġiel kienu nqabdu jippruvaw idaħħlu madwar 5,716 gramma ta’ kokaina minn Tripli b’valur ta’ bejn €403,305 u €593,434.
Instema’ wkoll li wara l-arrest tagħhom, iż-żewġt irġiel ikkollaboraw flimkien biex jinqabad it-tielet akkużat; liema akkużat hu Niġerjan.
L-akkużat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Edwina Grima, qalet li l-awtoritajiet irnexxielhom ikissru ċirku ta’ kriminalità b’involviment fit-traffikar tad-drogi minn Benin għal-Libja, imbagħad għal Malta.