Filmat: Ikla għaż-żgħażagħ Maltin u immigranti fil-Kurja tal-Arċisqof

L-Arċisqof Charles Scicluna ħabbar attività li se ssir il-Kurja tal-Arċisqof fejn 30 żgħażagħ Maltin u 30 żgħażagħ immigranti se jpoġġu flimkien biex jieklu flimkien, f’attività li huwa sejjaħ ‘A Good Neighborhood Dinner’.

L-attività se tittella’ nhar il-11 ta’ Ġunju filgħaxija fil-bitħa tal-Kurja fil-Furjana.

AQRA: L-Arċisqof b’donazzjoni għall-armla u wlied l-immigrant maqtul f’Ħal Far

L-Arċisqof saħaq li din l-ikla se tkun opportunità biex iż-żgħażagħ jiltaqgħu ma’ xulxin. Huwa sotna li hemm bżonn li nitgħallmu ngħixu flimkien.

Mons. Scicluna spjega li qed juża l-kelma ‘nitgħallmu’ għax wieħed irid jaħdem fuq dan l-għan. Huwa rrefera għall-Paroċċa ta’ Ħal Balzan minn fejn ħarġu diversi esperjenzi pożittivi. Fil-lokalità ta’ Ħal Balzan hemm dar li tilqa’ diversi immigranti li ġejjin minn diversi pajjiżi minn madwar id-dinja fosthom il-Ghana u n-Niġerja fost oħrajn. Saħaq li l-Paroċċa torganizza diversi attivitajiet.

Filmat: Curia.mt/filmati