Ikkunsidrata mina li tgħaqqad lill-Estonja u l-Finlandja

Il-Finlandja u l-Estonja qed jevalwaw il-possibiltà li joħolqu mina taħt il-baħar li jifridhom, u li minnha tgħaddi ferrovija.
B’hekk jonqos il-vjaġġ bejn iż-żewġ pajjiżi, li bħalissa jieħu sagħtejn u nofs bil-baħar, għal inqas minn nofs siegħa bil-ferrovija.
Il-mina, jekk issir, tkun tgħaqqad Helsinki ma’ Talinn, daqs 80 kilometru bogħod, u b’investiment ta’ madwar €13-il biljun.
Il-mexxejja politiċi taż-żewġ pajjiżi jaħsbu li l-mina tista’ ttejjeb l-ekonomija taż-żewġ naħat.