Ikkunsidrat tibdil fil-liġijiet fost l-oħrajn minħabba Pilatus Bank

Pilatus

Il-Gvernijiet tal-Unjoni Ewropea qed jikkunsidraw regoli ġodda biex jikkumbattu l-ħasil tal-flus wara li l-allegat ksur ta’ liġijiet f’żewġ banek fil-pajjiżi ż-żgħar tal-Unjoni Ewropea żvela r-riskji għall-istabilità finanzjarja, Dan skont uffiċjali Ewropej u dokument tal-Unjoni Ewropea.
Qed jingħad li dan jista’ jseħħ wara l-kollass ta’ bank fil-Latvja fi Frar li għadda u l-iffriżar tal-ħidma tal-Bank Pialtus f’Malta f’Marzu li għadda wara allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus.
Fiż-żewġ każijiet kienu l-awtoritajiet Amerikani li l-allegat ksur ta’ liġijiet u mhux mill-aġenziji Ewropej, b’din il-kwistjoni turta lill-President tal-Bord ta’ Sorveljanza tal-Bank Ċentrali Ewropew Daniele Nouy.
Tgħid li s-sitwazzjoni hija “imbarazzanti ħafna” għax tikxef id-dgħufija tal-azzjonijiet superviżorji Ewropej.
Il-Membru Parlament Ewropew David Casa kiteb diversi drabi lil Daniele Nouy fejn infurmha b’dak żvelat dwar il-Bank Pilatus.
Il-Ministru għall-Finanzi Ewropej iddiskutew modi kif jistgħu jsaħħu l-azzjonijiet superviżorji fil-laqgħa informali ta’ April u mistennija li jerġgħu jsemmu s-suġġett fil-laqgħat ta’ kull xahar, bil-laqgħa li jmiss mistennija li ssir bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa fi Brussell.
Ritratt: Reuters