Ikkunsidrat raffle fil-Messiku; €25 u tista’ tirbaħ ajruplan

Il-President tal-Messiku Andrés Manuel López Obrador qal li qed jikkonsidra l-idea ta’ raffle biex jeħles minn ajruplan presidenzjali.

Il-President qal li l-ajruplan huwa wisq lussuż għall-pajjiż li nofs iċ-ċittadini tiegħu qed jgħixu fil-faqar.

López Obrador qal li qed jikkonsidra raffle b’sitt mitt miljun biljett ta’ madwar €25-il wieħed. Din hi waħda mill-ideat li għandu l-president biex jeħles mill-ajruplan.

Offra wkoll sena b’xejn ta’ servicing għall-ajruplan għal min jirbaħ il-lotterija.