Ikkunfiskat iktar minn miljun sigarett bla dazju

Il-Pulizija u d-Dwana rnexxielhom jaqbdu 1,400 fliexkun alkoħol u miljun u nofs sigarett li jidhru li huma bla dazju.

Din l-operazzjoni ta’ tfittxija saret f’diversi lokalitajiet ta’ Malta u l-Pulizija qed iżżomm xi persuni biex jgħinuha fl-investigazzjonijiet li għadhom għadejjin.