Ikkundannat att vandalu fil-venda tar-Rabat Għawdex

Il-Ministeru għal Għawdex u l-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex fi stqarrija jiddeploraw att vandalu li twettaq fil-jiem li għaddew.
Persuni mhux magħrufa wettqu ħsarat fuq skultura artistika li tinsab fil-venda.
Tkissru wkoll xi fanali u nqala’ l-ħaxix. Dwar dan l-att vandalu sar rapport fl-Għassa tal-Pulizija.