Ikkundannat 6 xhur ħabs; isibulu d-droga u 13-il mowbajl

Read in English.

Raġel mit-Togo u tmint irġiel oħra ġew ikkundannati sitt xhur ħabs wara li ppruvaw jitilqu minn Malta b’passaporti foloz. Permezz tal-iscanners li ġew installati fil-Faċilità Korettiva ta’ Kordin, fil-bagalja tar-raġel mit-Togo nstabet sustanza li possibilment hija raża tal-kannabis kif ukoll 13-il mowbajl.

Id-disat irġiel li ppruvaw iħallu Malta permezz ta’ passaport falz huma mis-Sudan, mill-Kosta tal-Avorju, mill-Guinea, mit-Togo u mill-Ġorġja. L-etajiet ta’ dawn l-irġiel ivarjaw minn 16 sa 35 sena.

6 persuni minnhom inqabdu wara li pruvaw imorru Pariġi, tnejn oħra wara li qabdu l-katamaran lejn Sqallija u persuna oħra pruvat taqbad titjira lejn l-Ingilterra.

Id-disat irġiel wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom bil-Maġistrat Donatella Frendo Dimech tikkundannahom għal sitt xhur ħabs.