Ikkontrollaw xi xxerrdu fuq il-midja soċjali – Il-Pulizija

Xandir midja soċjali Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija sostna fuq Facebook li għandu jkun hemm limitu ta’ x’wieħed ixerred fuq il-midja soċjali u ma min ixerred l-informazzjoni. Irrimarka li meta wieħed jagħmel dan, ikun aktar diffiċli għal persuni biex jaċċessaw l-informazzjoni privati ta’ ħaddieħor u jużawha għal skopijiet kriminali onlajn.

Intant xerrdu wkoll informazzjoni mill-Europol li tispjega kif wieħed jirranġa s-settings ta’ Facebook, Snapchat, Instagram u Twitter biex inaqqas l-aċċess.

Limiting the amount of material you share on social media & with whom, makes it harder for cyber criminals to access…

Posted by The Malta Police Force on Saturday, September 1, 2018

Snapchat:

  • Biex tbiddel min jista’ jibgħatlek Snaps idħol fuq il-profil tiegħek. Klikja fuq is-‘Settings’ fil-kantuniera fuq il-lemin, imbagħad għafas fuq “Who Can”. Għal Snaps għażel ‘My friends’ minn ‘Contact Me’. Għal Stories ‘My Friends’ jew ‘Custom’ minn ‘View my Story’.
  • Biex tiblokka lil xi ħadd għżel il-persuna minn fuq il-paġna ‘My Friends’, għafas fuq il-buttuna tas-‘Settings’ ħdejn isimhom u għażel block. Jekk xi ħadd mhux fuq il-lista ta’ ħbieb tiegħek, tista’ tidħol fuq il-profil tagħhom u tgħafas il-buttuna fil-kantuniera tax-xellug biex tiblukkah.

Facebook:

  • Minn ‘Privacy Shortcuts’ tista’ tara eżatt x’aċċess għandu ħaddieħor għall-profil tiegħek. Minn hemm tista’ tagħżel ‘Friends’ jew xi għażla oħra preferuta.
  • Tista’ tagħżel il-possibiltà li tiffiltra dak li sħabek fuq Facebook jitfgħu fuq il-profil tiegħek permezz ta’ “Review posts that friends tag you in”.
  • Tista’ tagħżel ukoll li search engines bħal Google ma jkunux jistgħu isibuk.

Instagram:

  • Fuq Instagram tagħżel sempliċiment jekk il-posts tiegħek jarahomx kulħadd jew inkella min isegwik biss. Dan billi l-profil tiegħek ikun privat.

Twitter:

  • Jekk ma tixtieqx li kulħadd jara t-tweets tiegħek tista’ tagħmel dan billi tagħfas fuq ‘Settings’, għażel ‘Settings and Privacy’, għażel ‘Privacy and Safety’ u minn hemm għażel ‘Protect my Tweets’.