Matul il-lejl li għadda, il-Pulizija u l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw nirien f’Pembroke.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li n-nirien kienu f’għelieqi qrib il-White Rocks u li r-rapport daħal għall-ħabta tad-9pm.
Spjegat li fuq il-post ma kien hemm ħadd u għaldaqstant ħadd ma sofra ġrieħi.