Ikkontrollat nar ġo skola f’San Ġiljan

Skola f’San Ġiljan ilbieraħ filgħaxija ħadet in-nar imma ġie kkontrollat u ma weġġa’ ħadd.

Lill-pulizija daħlilhom rapport dwar dan għall-ħabta tad-8.45pm. Skola fi Triq Lapsi kienet qiegħda taqbad.

Il-Pulizija tad-Distrett u uffiċjali mill-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post, fejn in-nar ġie kkontrollat mingħajr ma ndarab ħadd.

Jidher li n-nar qabad minn salvavita.