Ikkontrollat nar f’appartament fil-Qawra

N. Vella

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkontrolla nar li żviluppa f’appartament fis-sitt sular fil-Qawra.

Fuq Facebook is-CPD qal li l-inċident seħħ dalgħodu. Marru tliet fire engines, inkluż turn table ladder, tliet uffiċjali, u 10 pumpiera milll-istazzjoni tax-Xemxija u ta’ Kordin. Instab qattus fl-appartament però minkejja li ngħata l-attenzjoni medika, il-qattus miet.

Earlier this morning, firefighters from the Civil Protection Department responded to a fire in a 6th floor apartment….

Posted by Civil Protection Malta on Wednesday, April 29, 2020