Ikkonfiskati mat-390,000 sigarett tal-kuntrabandu

Ammont konsiderevoli ta’ sigaretti tal-kuntrabandu nqabdu mill-Forzi Armati ta’ Malta u l-Pulizija. Hu mifhum li l-operazzjoni bdiet għall-ħabta tat-8:30 tal-Ħadd filgħodu meta madwar 35 mil nawtiku fil-Lbiċ ta’ Malta ntlemħu żewġ laneċ li kienu suspettużi.

Wara tfittxijiet li saru mill-ħaddiema tal-Forzi Armati ta’ Malta, irriżulta li kien hemm 39 kaxxa li kellhom total ta’ 390,000 sigarett illegali. Għal daqstant il-materjal u l-persuni għaddew f’idejn il-Pulizija għal aktar stħarriġ.

Ritratti: AFM – Justin Gatt