Ikkonfiskati klieb minn residenza wara li nżammu fi stat ħażin

Arkivji

Id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-annimali kkonfiska numru ta’ klieb minn residenza fiż-Żejtun.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-klieb nstabu f’qagħda ta’ saħħa ħażina ħafna tant li minħabba negliġenza u nuqqas ta’ kura medika tilfu d-dawl t’għajnejhom.

Il-klieb tar-razza King Charles, Shi Tsu u Chow Chow ittieħdu minn uffiċċjali tad-Dipartiment dalgħodu għal ħabta tal-10.30am wara li saru diveri rapporti mill-ġirien fi Triq Tony Zahra.