Ikkonfiskati eluf ta’ illegalitajiet minn ħwienet f’Malta

Id-Dipartiment tad-Dwana kkonfiska eluf ta’ illegalitajiet minn ħwienet madwar Malta u Għawdex.

Fi stqarrija ġie spjegat li d-Dwana għamlet 23 spezzjoni f’supermarkets, bars u ristoranti fil-Gżira, Ħal Qormi, San Ġiljan, Tas-Sliema, il-Belt Valletta u l-Fgura l-ġimgħa li għaddiet. Fit-tfittxijiet, l-uffiċċjali tad-Dwana sabu:

  • 3,580 sigaretti tal-kuntrabandu
  • 14-il kilo tat-tabakk tax-shisha
  • 272 flixkun alkoħoliku inkluż whiskey, gin, rum, brandy u liqueurs
  • 221 flixkun inbid li ma kellhomx it-taxxa tas-sisa mħallsa
  • 1,230 xarba mhux alkoħolika
  • 2,393 basket tal-plastik
  • 725 bolol tas-sisa mhux użati

Intant, id-Dwana inkoraġġiet lill-operaturi u l-istabbilimenti li qed jimportaw u jesportaw prodotti tas-sisa sabiex jassiguraw li n-negozju tagħhom huwa kif suppost.