Ikkonfiskati €6 miljun minn kumpaniji Maltin mill-Italja – rapporti

guardia

Qorti fi Sqallija ordnat il-konfiskar ta’ €6 miljun miżmuma minn erba’ kumpaniji Maltin tal-gaming bħala parti minn ħidma ta’ kontra l-Mafja, skont il-gazzetta Taljana La Repubblica.

Il-midja Taljana rrapportat li l-qorti ta’ Palermo ordnat il-konfiskar wara talba mill-Pulizija ta’ Sqallija.

Il-każ iffoka fuq Phoenix International Ltd, li kienet tmexxi diversi siti tal-logħob tal-ażżard inkluż B2875.com, ibbażata f’Malta qabel mal-awtoritajiet Maltin issospendew il-liċenzja tagħhom fl-2018.

Il-Pulizija ordnat ukoll il-konfiskar ta’ 11-il proprjetajiet immovabbli inkluż f’Palermo, Partinico, u Borgetto. Inħatfu wkoll tliet vetturi. Il-ħtif tal-assi huwa relatat mal-kap Francesco Nania li kien sieħeb ta’ Benedetto Nini Bacchi li ilu arrestat minn Frar tas-sena l-oħra. Bacchi u Nania kienu qed ifitxxu li jiftħu aktar negozji.

Is-sena l-oħra wara investigazzjoni mill-awtoritajiet Taljani f’das-settur, bl-isem ta’ Game Over, l-MGA kienet bdiet tisspospendi l-liċenzja ta’ bosta operaturi f’Malta.