Ikkonfiskati 7,860 sigarett u 230 flixkun ta’ alkoħol

Read in English.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, id-Dipartiment tad-Dwana qabad 7,864 sigarett, 232 flixkun inbid u spirti mingħajr boll tas-sisa, u 150 boll tas-sisa mhux użati.

Fl-ewwel każ, uffiċjali tad-Dwana fittxew bastiment liċenzjat għall-provvista tal-fjuwil. Hemmhekk sabu 3,264 sigarett mingħajr boll tas-sisa.

Fiż-żewġ każi l-oħra, uffiċjali kienu qed ifittxu f’Luqa u f’Valletta fi spezzjonijiet ta’ rutina. Żewġ ħwienet f’dawn l-lokalitajiet sabu li għandhom affarijiet bla boll tas-sisa. L-inbejjed u l-ispirti li nqabdu għandhom ikollhom boll biex juru li t-taxxa li qed titħallas qed tmur għad-Dwana u mhux x’imkien ieħor.

Finalment, id-Dwana ingħataw każ ta’ 4,600 sigarett b’kutrabandu li nstabu fi tfittxija mill-Pulizija. Dawn sabuhom f’bar fil-Belt, u għaddewhom lid-Dwana biex jibdew il-proċeduri legali.