Ikkonfiskati 20 tunnellata ħaxixa fl-Italja

Il-Pulizija Taljana qalet li sabet 20 tunnellata ta’ ħaxixa kkompressata b’valur ta’ €200 miljun. Dawn nstabu fit-tankijiet tal-karburant ta’ vapur mill-Panama li twaqqaf fl-ibħra internazzjonali u ġie skortat lejn Sqallija.

F’dikjarazzjoni aktar kmieni llum, il-Pulizija tal-Finanzi Taljani qalet li l-ekwipaġġ mill-Montenegro, 11 b’kollox, ġie arrestat fuq traffikar tad-droga fuq livell internazzjonali.

Aqra r-rapport dettaljat hawn.