Ikkonfiskati 1,700 flixkun inbid minn JET

Ġew ikkonfiskati 1,674 flixkun inbid, 1,550 bolla tas-sisa mhux użati, u 21 flixkun ta’ xorb alkoħoliku b’ħidma kollaborattiva bejn l-Uffiċċju tad-Dwana u d-Dipartiment tat-Taxxi.

Il-fliexken u l-bolol instabu f’2 stabbilimenti tal-istess importatur fin-Naxxar u f’San Ġiljan. L-istabbilimenti m’għandhomx l-istandard tat-taxxa meħtieġ biex iżommu dawn l-oġġetti.

Sadattant, 2 tiftixiet oħra f’2 restorants tal-istess sid fil-Gżira u f’Paceville, wasslu għas-sejba ta’ 21 flixkun tal-ispirti u 10 fliexken inbid b’kuntrabandu. 

Joint-Enforcement Task Force (JET) hija inizjattiva investigattiva bejn l-Uffiċċju tad-Dwana u d-Dipartiment tat-Taxxi.