Ikkonfermati pazjenti bil-virus Zika fl-Ewropa

Fl-Ewropa qed jiżdiedu l-każijiet ta’ pazjenti morda bil-virus Zika, li s’issa hu magħruf li jittieħed wara gidma ta’ nemus partikolari.
Fil-Ġermanja ġew irrappurtati xi każijiet, inkluż ta’ turist mill-Olanda.
Imma anke fir-Renju Unit u fl-Italja ġew ikkonfermati pazjenti nfettati.
S'issa jidher li l-każijiet kollha huma f’persuni li rritornaw minn destinazzjonijiet fl-Amerika Latina.