Imħabbra l-aqwa mowbajls tal-2017

Din is-sena ħarġu diversi mowbajls ġodda fis-swieq internazzjonali, kollha b’diversi fatturi u livelli differenti ta’ kwalità. Skont Business Insider tagħżilx li tixtri iPhone, Samsung Galaxy Note *, Google Pixel, OnePlus 5 jew Essential, żgur li ma jarralekx.
Għalkemm bħala prezzijiet huma fl-isteds baħar, dawn huma l-aqwa ħames mowbajls li tista’ tixtri bħalissa skont Business Insider:
#5  OnePlus 5
OnePlus 5 għandu diversi fatturi prinċipali neqsin, fosthom wireless charging u iris scanning. Madanakollu hu l-aqwa mowbajl li se ssib għal madwar €500, li jagħmlu aktar minn €200 irħas mill-iPhone 8.
#4 Essential Phone
L-Essential Phone hu mudell ġdid fis-squq li tnieda din is-sena mill-kumpanija ġdida Essential li hi mmexxija mill-fundatur tal-Android Andy Rubin.  L-Essential Phone għandu qafas tat-titanju biex jipproteġih mid-daqqiet u żewġ kalamiti fuq wara biex wieħed ikun jista’ jżid l-aċċessorji. Dan il-mudell jiswa madwar €600.
#3 Samsung Galaxy Note 8
In-Note8 hu l-aqwa smartphone li se ssib bħalissa fis-suq fejn tidħol apparenza. L-inifinity skrin, kif inhu magħruf, jiksi l-faċċata kollha tal-mudell. Il-hardware tan-Note 8 hu fost l-aqwa li qed jintuża fis-suq bħalissa u jinkludi iris scanner biex tkun tista’ tuża’ għajnejk bħala miżura ta’ sigurtà biex il-mowbajl jinfetaħ jew jissakkar. Madanakollu l-verżjoni tal-Android ta’ Samsung għad hemm fejn tistà titjieb għal dan il-mudell. Is-Samsung Galaxy Note 8 jiswar madwar €800.
#2 Google Pixel 2 u Pixel 2 XL
Għal kuntrarju tal-S8, Pixel jopera b’sistema ‘pura’ tal-Android. Dan ifisser li l-operating system hi faċli biex tuża u mhux kumplikata, li kien l-għan prinċipali ta’ din is-sistema meta ġiet kreata. Dan ifisser ukoll li m’hemmx applications li m’għandekx bżonn installati minn qabel fil-mowbajl mill-manifattur. Dan il-mowbajl jiswa madwar €600.
#1 iPhone 8 u 8 Plus
Is-sistema tal-Apple hi l-aktar waħda li tattira nies madwar id-dinja. iOS u l-app store pjuttost robust jagħmilha l-aktar sistema faċli biex tuża madwar id-dinja. Dawn il-mudelli għandhom inkluż magħhom wireless charging. L-iPhone 8 jiswa madwar €700 filwaqt li l-8 Plus €800
Liem wieħed jogħġbok l-aktar?