Ikkonfermata: Uhuru Kenyatta Prim Ministru tal-Kenya

Il-Kenyan Uhuru Kenyatta huwa kkonfermat Prim Ministru tal-Kenya.

Kenyatta, li kien Deputat Prim Ministru, rebaħ 50.7% tal-voti. Ir-rival ewlieni ta’ Kenyatta, Raila Odinga, bi ħsiebu jisfida r-riżultat u jressaq il-każ quddiem il-Qorti Suprema, għaliex jemmen li l-riżultati kienu nfluwenzati b’mod illegali.

Kenyatta nnifsu huwa akkużat mill-Qorti Kriminali Internazzjonali li kkawża vjolenza fl-elezzjoni tal-2007. Din il-vjolenza wasslet għal mewt ta’ aktar minn 1,000 persuna u 600,000 oħra kellhom iħallu djarhom.