Ikkonfermata sentenza ħabs għal raġel ħati ta’ frodi

Miguela Xuereb

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza ħabs għal raġel li nstab ħati ta’ frodi fl-2018.

Josef Grech ta’ 45 sena kien ammetta li ffroda b’€5,000 kull wieħed lill-aġenziji tal-assigurazzjoni Untours, United, Gasan Mamo, Citadel, Atlas, Elmo, Allcare, u Thomas Smith. Instab ħati wkoll li għamel rapporti foloz mal-Pulizija, li għamel ħsara fuq proprjetà tiegħu stess għal raġunijiet tal-assigurazzjoni u talli kien reċediv.

Oriġinarjament kienu tressqu 22 peruna l-Qorti b’rabta mal-każ.

L-avukati ta’ Grech, Arthur Azzopardi u Alfred Abela, qalu li s-sentenza ta’ tliet snin u nofs ħabs kienet eċċessiva.

Il-Qorti tal-Appell qalet li din is-sentenza kienet waħda li toqrob lejn il-minimu u kkonfermat is-sentenza oriġinali.

L-avukat Jason Grima deher għall-Malta Insurance Association, parte civile fil-każ.